Ma jinżilx mis-sodda Bedridden

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MA JINŻILX MIS-SODDA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal WAQAF biż-żewġ idejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq u bil-pala tħares ’il barra imxaqilba kemm kemm ’l isfel. L-idejn jersqu ’l quddiem u ftit ’l isfel u jieqfu b’sabta. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal RAQAD. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jitqiegħdu pala ma’ pala fil-ġenb tar-ras waqt li r-ras tmil fuqhom.

The sign for BEDRIDDEN has two parts. (i) First the sign for STOP is made with both hands in the shape of closed 5 with palms facing downwards and slightly shifted outwards. The hands move forward and down a little and stop abruptly. (ii) Then the sign for SLEEP is made. The hands take the shape of 5 and are placed palm to palm at the side of the head which leans over them.